Ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence
Il-UHM Voice of the Workers iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence.
Il-ftehim se jkun validu għal ħames snin u kien negozjat mit-Taqsima tas-Servizz Pubbliku tal-UHM immexxija minn Jonathan De Gabriele.
L-iffirmar sar f’ċerimonja fl-uffiċċji tal-Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence li għaliha kienu preżenti fost l-oħrajn il-Prim Ministru Robert Abela u s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg.
Il-benefiċċji tal-ftehim jinkludu titjib fl-avvanz tal-karriera, titjib fl-istruttura tal-gradi u l-introduzzjoni ta’ allowances ġodda
Il-ftehim jirrifletti l-impenn tal-UHM Voice of the Workers li wara xhur ta’ ħidma ssarrfet fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Il-UHM tirringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti biex sar dan il-ftehim.