fbpx

Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku se jibbenefikaw minn kundizzjonijiet aħjar taħt ftehim kollettiv ġdid

Il-UHM Voice of the Workers tilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim kollettiv il-ġdid li ġie ffirmat illum filgħodu, u li se jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ madwar 33,000 ħaddiem fis-Servizz Pubbliku.

Dan il-ftehim, li huwa frott ta’ negozjati li l-UHM kellha sehem attiv fihom, se jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2025 u se jkopri sal-2030. Huwa jinvolvi żidiet ġodda li jingħataw lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku, barra minn dawk diġà mogħtija permezz tal-ftehim settorjali.

Iċ-ċerimonja tal-iffirmar saret f’Kastilja, fejn il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Josef Vella u d-Direttur Mario Sacco ffirmaw f’isem l-union.

Dan il-ftehim jirrappreżenta pass importanti lejn it-tisħiħ tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u l-apprezzament għar-rwol kruċjali li jaqdu fis-servizz lejn is-soċjetà.

Il-UHM Voice of the Workers tibqa’ impenjata li tiddefendi d-drittijiet tal-membri tagħha u tiżgura l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ dan il-ftehim, li se jaffettwa pożittivament il-ħajjiet ta’ eluf ta’ familji.

Għafas fuq il-link biex taċċessa il-Ftehim Kollettiv il-ġdid tas-Servizz Pubbliku 2025-2030

https://tinyurl.com/4dc9z3pc

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment