fbpx

Id-Deputati Reġistraturi tal-Qorti dalwaqt se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol

Il-UĦM Voice of the Workers laħqet bażi ta’ ftehim mal-Gvern u l-Qorti dwar il-kwistjoni tad-Deputati Reġistraturi.

Permezz ta’ dan il-qbil, ser jkun iffirmat ftehim settorali ġdid għal dawn il-ħaddiema bl-iskop li tinħoloq struttura sabiex l-istess ħaddiema jibbenefikaw minn żidiet, kemm fil-paga kif ukoll fl-allowances tagħhom.

Intant dan il-ftehim se jkun spjegat lill-ħaddiema, membri fil-UĦM, fil-jiem li ġejjin u wara se jkollhom il-possibbilta’ li jieħdu vot fuqu.

Il-UĦM Voice of the Workers tinsab sodisfatta għax fejn kien hemm bżonn sabet il-ħaddiema kollha  jsegwu d-direzzjoni tagħha.  Min-naħa l-oħra tikkundanna lil min aċċetta li jiġi wżat biex jipprova jifred u jdgħajjef l-għaqda tal-ħaddiema.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment