fbpx

Iffirmat il-ftehim kolletiv tal-Università ta’ Malta

Il-UHM Voice of the Workers iffirmat il-Ftehim Kollettiv tal-Università ta’ Malta li se jkun validu għal 6 snin bejn l-2022 u  l-2027. Dan il-ftehim li kien negozjat mit-Taqsima tal-Edukazzjoni u Solidarjetà Soċjali jkopri  madwar 900  impjegat fosthom ħaddiema amministrattivi, messaġġiera, handymen, ġardinara, child care educators, LSEs, tekniċi,  laboratory officers, periti, inġiniera, psychologists,  librarians, social workers, youth workers, counsellors, dental assistants, scientific officers, IT officers kif ukoll gradi maniġerjali.  Dan il-ftehim ifisser titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, fosthom flessibbiltà, remote working kif ukoll titjib fis-salarji.

Il-Kap Eżekuttiv tal-UHM Voice of the Workers Josef Vella esprima sodisfazzjoni għal ftehim milħuq, fejn qal li l-flessibbiltà hi element importanti fl-istil ta’ ħajja li qed ngħixu llum biex ikun hemm bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja.

Kompla li l-union se tkun qed issegwi mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim. Josef Vella irringrazzja lil  dawk  kollha li kellhom sehem f’dan il-ftehim għax-xogħol u l-impenn tagħhom. 

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment