fbpx

Il-UĦM għandha 58 fil-mija tal-grupp kollu tal-AHP

Il-UĦM Voice of the Workers ilbieraħ irċeviet ir-rapport rigward it-talba tal-għarfien ewlieni għall-Allied Health Professionals (AHP). Ir-rapport jikkonferma li l-UĦM għandha 58 fil-mija tal-grupp kollu tal-AHP.

Għaldaqstant din il-union dalgħodu kitbet lis-Segretarju Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tat 24 siegħa ċans sabiex jingħata l-għarfien ewlieni lil din il-union. Dan sabiex ma jkunx hemm aktar dewmien bla bżonn li jolqot lill-professjonisti kkonċernati. 

Din il-union saħqet, fl-ittra tagħha, li jekk l-għarfien ewlieni ma jingħatax, hija lesta li tieħu dawk il-passi industrijali kollha spettanti lilha skont il-liġi. 

Il-UĦM Voice of the Workers ma tarax għalfejn isir dan it-tkaxkir tas-saqajn min-naħa tal-Gvern. Fir-rapport maħruġ mid-DIER ħareġ biċ-ċar li disa’ professjonijiet li dejjem kellhom ftehim settorali wieħed, u li jammontaw għal 1093, 58 fil-mija minnhom huma kkonfermati membri tal-UĦM Voice of the Workers u 15 fil-mija huma membri tal-MUMN. 

Il-UĦM qed tittama li jirbaħ s-sens komun u żiedet li meta tirbaħ elezzjoni f’elezzjoni ġenerali jfisser li ġġib maġġoranza fuq id-distretti kollha u mhux fuq distrett wieħed.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment