fbpx

Il-UĦM iffirmat ftehim kollettiv mal-G4S fi żmien tliet xhur

It-Taqsima Port u Trasport fi ħdan UĦM Voice of the Workers iffirmat ftehim kollettiv mal-G4S għall-ħaddiema tagħha li jaħdmu ġewwa fl-MIA. Il-ħaddiema tal-G4S kienu membri fil-GWU u ssieħbu mal-UĦM wara li l-ħaddiema kienu diżappuntati mill-fatt li wara snin ta’ stennija l-union l-oħra ma kienet waslet għal ebda ftehim kollettiv.

Fix-xhur li għaddew, dawn il-ħaddiema ssieħbu fil-UĦM Voice of the Workers, li ħadet il-kwistjoni ta’ dawn il-ħaddiema bis-serjetà. Wara sensiela ta’ diskussjonijiet mal-management, UĦM Voice of the Workers indirizzat din il-kwistjoni u fi żmien tliet xhur iffirmat ftehim kollettiv ġdid għas-sodisfazzjon tal-ħaddiema kollha. Dan il-ftehim jinkludi żidiet lill-ħaddiema għall-perijodu li jkopri l-ftehim.

Il-UĦM tesprimi sodisfazzjon għall-mod kif imxew id-diskussjonijiet mal-management tal-G4S u għall-koperazzjoni kbira bejn iż-żewġ naħat sabiex jintlaħaq qbil fl-iqsar żmien possibli. Il-Union tisħaq li se tibqa’ taħdem biex ukoll tkompli tissalvagwardja l-interessi ta’ dawn il-ħaddiema.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment