fbpx

Il-UĦM tesprimi solidarjeta’ mal-membri tal-Korp tal-Pulizija

It-Taqsima Entitajiet Pubbliċi u Kommunkazzjoni tal-UĦM (Union Ħaddiema Magħqudin) tikkundanna bi sħiħ l-attakk vjolenti li allegatament seħħ fuq membri tal-Korp tal-Pulizija f’dawn l-aħħar jiem.

Il-UĦM filwaqt li tawgura fejqan ta’ malajr lil membri tal-Pulizija nvoluti tikkundanna l-atti vjolenti kollha li twettqu dawn il-jiem fuq il-membri tal-Korp tal-Pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Dawn il-ħaddiema b’mod professjonali u b’dedikazzjoni kbira kuljum jaqdu r-rwol importanti tagħhom biex jipproteġu l-interess taċ-ċittadini Maltin.

Il-UĦM ittenni li filwaqt li għandhom jiġu żgurati penali ħorox għal min jaggredixxi ħaddiema fil-korpi dixxiplinati u uffiċjali pubbliċi jenħtieġ li mmedjatament jsiru diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali  bil-għan li kemm hu possibli jiġu evitati r-riskji li jiffaċċjaw il-ħaddiema tal-Korp tal-Pulizija fix-Xogħol tagħhom.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment