fbpx

Il-UĦM tilħaq ftehim dwar l-Agricultural Class

Mario SaccoIt-Taqsima Servizz Pubbliku tal-UĦM ikkonkludiet b’mod pożittiv il-ftehim settorali ta’ l-Agricultural Class.  Dan il-ftehim ikopri il-ħaddiema kollha mal-Gvern fil-gradi ta’ Agricultural Officer, Senior Agricultural Oficer u Principal Agricultural Officer.

Tali ftehim beda jigi diskuss ma’ l-amministrazzjoni, hekk kif il-maġġoranza assoluta ta’ dawn il-ħaddiema issieħbu mal-UĦM.  Dan il-ftehim ikompli jirrifletti l-politika tal-Jobs+ permezz ta` inċentivi għall-aktar taħrig professjonali u billi ġew identifikati mogħdijiet ta’ żvillupp fil-karriera ta’ l-individwi.

Il-Jobs+ titkellem dwar kif għandna bżonn nkomplu nħeġġu l-ħaddiema tagħna jkabru l-ħiliet tagħhom u b’hekk inkabbru l-produttivita`. “Dan huwa mod prattikku kif npoġġu l-Jobs+ fil-prattika” temm jgħid s-sur Mario Sacco, Segretarju Anzjan tat-Taqsima Servizz Pubbliku.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment