fbpx

Il-UĦM tingħata raġun mill-Qorti u tikkonferma l-kisba tar-rikonoxximent fil-Freeport

F’sentenza mogħtija mill-Imħallef Laurence Mintoff fil-Qorti, il-UĦM Voice of the Workers ingħatat konferma tar-rikonoxximent fil-Freeport.

Għaldaqstant il-UĦM tista’ tgħid, b’wiċċha minn quddiem, li minbarra r-riżultat favuriha tal-elezzjoni li saret fil-bidu ta’ Mejju, ir-rikonoxximent mid-Direttur tax-Xogħol  kif ukoll ir-rikonoxximent mill-management tal-Freeport, issa  sa fl-aħħar saret ġustizzja għax il-Qorti għarfet li l-UĦM Voice of the Workers tassew tista’ tirrapreżenta lill-ħaddiema f’dan il-post tax-xogħol.

Din il-union spiċċat biex dehret il-Qorti għax il-General Workers’ Union (GWU) ma kkonċedietx it-telfa fl-elezzjoni u saħansitra argumentat li riedet li jsir l-għadd ta’ dawk il-ħaddiema li ma vvotawx u ta’ dawk li m’humiex f’union – argument li skont il-UĦM Voice of the Workers kien wieħed irrazzjonali għall-aħħar, illoġiku u ma jwassalx għal ebda riżultat.

Għalhekk issa, bis-sentenza mogħtija mill-Qorti dalgħodu, il-UĦM se tissokta bil-ħidma tagħha ġewwa l-Freeport u tibda bin-negozjati mal-Managment bl-iskop li jkun ippreżentat ftehim  kollettiv għall-ħaddiema fi żmien qasir.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment