fbpx

Il-UĦM titlob aktar laqgħat mal-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali

11900088_387500554778349_5830437148605107744_n[1]Wara li l-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) irċeviet diversi ilmenti mingħand numru ta’ ħaddiema, is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella ċempel lill-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Socjali Michael Farrugia u stiednu biex jikkonsulta ma’ kulħadd fir-rigward tal-FSWS ul-Appoġġ. Josef Vella enfasizza li proċess ta’ konsultazzjoni għandu jkun wieħed li jinkludi lill-ħaddiema kollha.

 

Il-UĦM, b’sodisfazzjon, tinnota li fl-aħħar żviliuppi li saru llum wara nofs in-nhar, il-ħaddiema kollha ġew mistiedna għal laqgħat li se jsiru nhar it-Tnejn 31 ta’ Awwissu u t-Tlieta 1 ta’ Settembru 2015. Il-UĦM tenfasizza li l-ħaddiema se jkunu qed jisimgħu l-viżjoni tal-Ministeru f’dawn il-laqgħat; imma tenfasizza li wara dawn il-laqgħat il-ħaddiema se jkunu iktar f’pożizzjoni biex ikunu parti mill-konsultazzjoni dwar din ir-riforma. Sadattant din il-union se tkun tista’ tagħti r-reazzjoni tagħha wara li tkun ikkonsultat mal-membri.

Barra minn hekk ir-reazzjoni tal-UĦM dwar intervista li saret lill-Ministru Farrugia fil-media, il-UĦM tisħaq li l-ħaddiema huma ddispjaċuti u urtati minħabba li ngħatat l-impressjoni li l-ħaddiema ma joħorġux ‘il barra mill-uffiċċju u ma jaħdmux mal-familji. Din il-union tfakkar li r-ristrutturar bħal dan iġib bidla fis-sistemi u fil-proċeduri għax l-attitudni u l-entużjażmu fil-qasam soċjali diġà qegħdin hemm.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment