fbpx

Il-UĦM tkompli bl-Azzjonijiet Industrijali gewwa l-NSO.

It-Taqsima Entitajiet Pubblici tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) kompliet bl-azzjonijiet industrijali gewwa l-NSO.

It-Taqsima Entitajiet Pubblici fi hdan il-UĦM irrikorriet ghal dawn l-azzjonijiet minħabba dewmien esaġerat minn naħa tal-NSO sabiex jigu konkluzi d-diskussjonijiet rigward diversi pendenzi fosthom:-

·         l-istreaming tal-gradi,
·         ftehim tal-parkegg
·         Sahha’ u Sigurta’.

F’dan ir-rigward il-UĦM trid turi d-dizzapunt taghha għad-dewmien fin-negozjati fil-konfront tal-ħaddiema fi hdan din l-entita. Dan fid-dawl wkoll li minkejja il-UĦM ilha li resqet il-proposti taghha mill-2014, sa’llum il-ġurnata l-Union għada ma ngħatat ebda tip ta’ kontro-proposta tanġibbli.

Għalhekk fid-dawl ta’ dan kollu u wara li sar kull tentattiv biex din is-sitwazzjoni tiġi riżolta, jidher li l-awtoritajiet ma ħallew l-ebda triq oħra lil din it-Taqsima ħlief li tkompli tiskala azzjonjiet industrijali taghha.

Għal dan il-għan, it-Taqsima Entitajiet Pubblici ikkomunikat lil NSO, kif ukoll lill-PACBU (Public Administration and Collective Bargaining Unit) li kienet ser tkompli bl-azzjonijiet industrijali taghha gewwa l-NSO. Fl-istess istanza fuq s-sitwazzjoni tal-parkegg gew ordnati wkoll azzjonijiet industrijali gewwa l-Commerce Division.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment