fbpx

Il-UĦM tordna direttivi fil-Malta Public Transport

Il-UĦM illum infurmat lill-Malta Public Transport (MPT) li nhar il-Ħamis 12 ta’ Marzu bejn is-6pm u t-8pm il-ħaddiema kollha ġewwa l-Malta Public Transport ser jieqfu mix-xogħol fuq direttiva tal-istess UĦM.

Dan minħabba l-fatt li minkejja li l-UĦM kellha deċiżjoni fit-Tribunal Industrijali li tikkonferma li kellu jsir il-proċess tal-verifika, sal-lum il-ħaddiema ġewwa l-Malta Public Transport għadhom ma jistgħux isarrfu d-dritt li jagħżlu l-Union li jixtiequ. Il-UĦM ilha xhur twal issostni u tressaq provi ċari li għandha l-maġġoranza ġewwa l-Malta Public Transport. Madankollu dejjem sabet xkiel sabiex isir l-proċess tal-verifika.

Intant fl-istess ħin li ġie ordnat it-twaqqif mix-xogħol tal-ħaddiema kollha tal-MPT, il-UĦM permezz tat-Taqsima Port u Trasport se torganizza laqgħa għall-istess ħaddiema.

Il-UĦM hi determinata biex twassal il-ħaddiema tal-Malta Public Transport sabiex jagħżlu l-Union tal-għażla tagħhom filwaqt li se taħdem id f’id mal-istess ħaddiema sabiex ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment