Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers ħa sehem f’diskussjoni bit-tema “Il-Mara Maltija – Illum u Għada” fid-Dar Ċentrali tal-PN, Tal-Pieta’. L-attivita’ kienet organizzata mill-MNPN. Josef Vella tkellem, fost oħrajn, dwar ix-xogħol, l-aktar dak prekarju u li jinvolvi n-nisa. Id-diskussjoni tmexxiet mill-ġurnalista Claire Mifsud. Fl-attivita’ ħadu sehem il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil; Rosette Thake, is-Segretarju Ġenerali tal-PN; Renee Laiviera, il-President tal-NCPE u Amy Camilleri Zahra, il-Viċi President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa.