fbpx

Qbil bejn il-UĦM u l-Gvern fuq polza ta’ assigurazzjoni

Il-UĦM hi sodisfatta li parti mit-talba li kienet għamlet is-sena l-oħra, dwar polza ta’ assigurazzjoni, sa fl-aħħar ġiet milqugħa.

Dan għalkemm din it-talba sal-lum ma ntlaqatx b’mod sħiħ, jiġifieri li l-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa jkollhom polza ta’ assigurazzjoni.

Filwaqt li l-Ministeru tas-Saħħa ddeċieda li se joffri din l-assigurazzjoni biss għall-ħaddiema li jaħdmu fl-Emerġenza, fl-Isptar Monte Carmeli u fi pre-hospital setting, din il-Union għadha sal-lum tinsisti li din l-assigurazzjoni għandha tiġi estiża għal kulmin jaħdem fil-qasam tas-Saħħa.

Intant il-polza hija skont dan il-link: https://mfin.gov.mt/en/Services/oabs/Documents/2_01272-Occupational_Personal_Accident_Benefit_Scheme_3gate-ONLINE_English_V1-01.pdf

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment