fbpx

Reazzjoni tal-UĦM dwar il-proposti tal-MEA

Il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) bl-ebda mod ma tista’ taqbel li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema jiġu mittiekla. Il-UĦM tikkontendi li hu dritt tal-ħaddiem li meta jkun hemm ċertifikat mediku dan għandu jitqies bħala sick leave u bl-ebda mod ma jġibu ċirkustanzi li jwasslu sabiex il-ħaddiema jitnaqrilhom mill-kundizzjonijiet li ġew miksuba matul iż-żmien.

Intant il-UĦM turi l-diżappunt tagħha wkoll għal proposta li ħarġet l-MEA sabiex il-ġranet fil-btajjel pubbliċi li l-ħaddiema jinzertaw mhux xogħol ma jiżdiedux mal-ġranet tal-leave.

Il-UĦM temmen li l-produttivita u l-kompetitivita tal-kumpanniji f’pajjiżna m’għandhomx ikunu għad-detriment tal-ħaddiema iżda nuzaw mezzi oħra li jiggarantixxu l-valur miżjud tal-prodott Malti.

Il-UĦM bl-ebda mod mhu ser taċċetta li dawn il-proposti jiġu mplimentati u jiġu emendati liġijiet li llum qiegħdin jagħtu drittijiet u kundizzjonjiet xierqa lill-ħaddiema.

Ara wkoll:

http://www.independent.com.mt/articles/2014-08-10/news/mea-proposals-are-ones-that-are-discussed-over-a-coffee-uhms-josef-vella-6154878978/

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment