fbpx

Solidarjeta’ ma’ vittma ta’ att kodard

Ritratt: Pulizija ta’ Malta

Il-UĦM Voice of the Workers tesprimi solidarjeta’ mal-pulizija li kien involut f’inċident ikrah u kodard imwettaq minn persuna bla skrupli f’Ħal Luqa dalgħodu.

Din il-union jiddispjaċiha li ħaddiem fis-servizz pubbliku mar għax-xogħol biex jaqla’ l-għajxien tiegħu u għax wettaq dmiru bis-serjeta’ u kif mistenni spiċċa mtajjar minn vettura, imkaxkar għal diversi metri u mweġġa’ serjament.

Il-UĦM Voice of the Workers tikkundanna dan l-aġir u kull aġir ieħor li ma jurix rispett  u jxekkel il-ħaddiema kollha fis-settur pubbliku li d-dmirijiet tagħhom jinkludu l-infurzar tal-liġijiet ta’ Malta.

Din il-union tappella lill-awtoritajiet konċernati sabiex jittieħdu l-miżuri kollha li jsaħħu s-saħħa u s-sigurta’ ta’ dawn il-ħaddiema waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Sadattant il-UĦM Voice of  the Workers tħeġġeġ lil min hu ta’ rieda tajba sabiex juri rispett dinjituż lejn kulmin għandu funzjoni pubblika filwaqt li jiħraxu l-pieni lejn min ma jurix tali rispett.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment