Illum sar intervent mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’laqgħa li saret mal-UĦM Voice of the Workers. Fiha ġew trattati numru ta’ pendenzi sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim settorali għall-Allied Health Professionals.
Fl-10 t’Awwissu, l-UĦM Voice of the Workers kienet ħarġet b’numru ta’ azzjonijiet industrijali lil dawn il-professjonisti minħabba li ma kien qed ikun hemm l-ebda żvilupp fin-negozjati. Issa li sar dan l-iżvilupp, il-UĦM, b’sens ta’ rieda tajba, qed tissospendi dawn l-azzjonijiet industrijali għall-ġimagħtejn bil-għan li jintlaħaq ftehim aħħari.