Għażiż/a Delegat,
Nixtieq navżak illi ġiet imsejħa Konferenza Nazzjonali Straordinarja mill-Bord Eżekuttiv skont l-Istatut tal-Union.
Permezz ta’ din l-ittra qed ninfurmak illi int ġejt magħżul bħala delegat tal-Union mill-uffiċjal tat-Taqsima tiegħek (manager) u għaldaqstant qed tiġi mistieden sabiex tattendi għal din il-Konferenza Nazzjonali Straordinarja.
Din il-Konferenza ser issir nhar l-Erbgħa 28 ta’ Lulju, 2021 mid-9:00am ’l quddiem ġewwa l-Istitut Kattoliku u ser jiġu segwiti l-linji gwida tal-COVID-19.
Peress li jkun irid jintalab rilaxx għalik mill-post tax-xogħol, kif ukoll minħabba loġistika, hu importanti li inti tikkonferma l-attendenza tiegħek fuq https://forms.office.com/r/VkeyQRzvSE sa mhux aktar mit-12 ta’ Lulju, 2021.
Grazzi tal-attenzjoni tiegħek,
Josef Vella
Kap Eżekuttiv