fbpx

Tħassib dwar il-Kredenzjali tal-VGH

Il-UĦM tinsab imħassba u tistaqsi x’kredenzjali għandha kumpanija privata mwaqqfa fil-British Virgin Islands biex tidħol fid-diskussjoni dwar  l-interess nazzjonali.

Il-UĦM tifhem li l-interess ta’ Vitals Global Healthcare (VGH) hu li l-€50 miljun li se nagħtu fis-sena bħala ċittadini Maltin  u Għawdxin, għal mill-inqas 30 sena, se jammonta għal €1.5 biljun.

Il-UĦM kienet tippretendi li jekk kellu joħroġ xi ħadd biex jirrispondi hu l-Gvern, li għandu jkun responsabbli u jkollu l-obbligu, li  jkun trasparenti fit-tweġibiet għal mistoqsijiet li l-UĦM u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) għamlu.

Il-UĦM ma tistax tinżel tiddiskuti f’livell ta’ kumpanija meta l-problemi li qed  tħabbat wiċċha magħhom m’humiex qed joħorġu internament mill-operat  tal-kumpanija,  iżda mill-kuntratt li l-Gvern  għamel għan-nom tal-poplu Malti u Għawdxi kollu li, għar-raġunijiet tiegħu biss, deherlu li kellu jżomm mistur.

Fl-istess waqt jidher li qed tkun tattika tal-Gvern li meta  l-UĦM tpoġġih taħt pressjoni fuq il-qasam tas-saħħa, dan iwieġeb lura bi tfigħ tat-tajn. Referenza qed issir għal kummenti li Kurt Farrugia, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern u l-blogger Glenn  Bedingfield għoġobhom jagħtu l-impressjoni li l-UĦM hi mdaħħla f’xi  forma ta’ abbuż tal-ħaddiema permezz ta’ proġetti li ngħataw lill-UĦM Voice of the Workers.

Il-UĦM, fuq livell nazzjonali, s’issa  impenjat  ruħha fuq erba’ proġetti: il-Voice of the Workers, il-Youth Guarantee 1, il-Work Programme u l-Youth Guarantee 2.

Il-UĦM tiddikjara li la hi parteċipi u lanqas qatt kienet interessata li tipparteċipa fil-Community Work  Scheme li tagħha, il-General Workers’ Union (GWU) allegatament, qed timpjega 600 persuna biex jidhru li jaħdmu mal-privat.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment