fbpx

Żjara ta’ kortesija mill-Partit Demokratiku Malti

Il-UĦM Voice of  the Workers kellha żjara ta’ kortesija minn rappreżentanti tal-Partit Demokratiku Malti fil-Head Office tal-union, il-Furjana il-Ħamis 12 ta’ Jannar 2017. Matul din l-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ naħat, ġiet diskussa l-politika ta’ dan il-partit il-ġdid kif ukoll il-ħidma tal-UĦM Voice  of the Workers fil-qasam tas-saħħa. Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers qal, fost oħrajn, li l-poplu għadu ma fehem xejn u tħalla fl-għama dwar il-futur tat-tħaddim tas-servizzi essenzjali fil-qasam tas-Saħħa. Marlene Farrugia, il-Kap tal-Partit Demokratiku Malti, stqarret li  l-Partit il-ġdid immexxi minnha se jkun qed iżomm il-ħaddiema u l-familji tagħhom fiċ-ċentru tal-ħidma politika tiegħu. Hi qalet li llum, sfortunatament, il-ħaddiem qed jgħix sitwazzjoni xejn pjaċevoli u  għalhekk wasal iż-żmien li  ningħaqdu biex inreġġgħu lura l-prattika li tirrispetta l-intelliġenza tal-poplu.  Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm Gian Paul Gauci, Assistent Direttur; Ian Mark Zammit, Employment Relations Assistant Manager  u Charles Vella, Employment Relations Assistant Manager, għan-nom ta’ UĦM Voice  of the Workers, u Dr. Anthony Buttigieg, Deputat Kap tal-Partit Demokratiku Malti.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment