fbpx

Inċident fit-Terminus tal-Belt Valletta

Tliet ħaddiema weġġgħu, wieħed x’aktarx gravi, f’inċident li seħħ fit-terminus tal-belt Valletta dalgħodu. L-inċident seħħ meta għal xi raġuni, xarabank li kien ipparkjat iċċaqlaq waħdu u laqat vettura oħra. Kien hawn li ħaddiema mal-MPT ġibdet lix-xufier minn nofs hekk kif pprova jwaqqaf ix-xarabank. Sfortunatament it-trakk laqat xufier ieħor f’saqajh.

Fil-post waslet ambulanza u tim ta’ paramediċi taw l-ewwel għajnuna lill-persuni midruba qabel ma twasslu għall kura fl-isptar Mater Dei. Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.

Il-UĦM qed tesprimi is-solidarjeta mal-ħaddiema tat-Trasport Pubbliku speċjalment ma’ dawk li weġġgħu.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment