MCAST – Ftehim Kolletiv bla preċedent
Ftehim Kollettiv Ġdid għall-Ħaddiema Amministrattivi u ta’ Sapport tal-MCAST
L-UHM Voice of the Workers illum iffirmat Ftehim Kollettiv ġdid għall-ħaddiema Amministrattivi u ta’ Sapport tal-MCAST, li minnu se jibbenefikaw 155 ħaddiem.
Dan il-ftehim se jkun validu minn Jannar 2027 sa Diċembru 2031. Huwa ftehim bla preċedent, peress li ġie nnegozjat u ffirmat qabel ma jintemm il-ftehim kollettiv preżenti. Il-ftehim jirrappreżenta pass importanti ’l quddiem għall-ħaddiema Amministrattivi u ta’ Sapport tal-MCAST u ġie nnegozjat mit-Taqsima tas-Servizz Pubbliku tal-UHM.
L-iffirmar sar waqt ċerimonja fil-MCAST, li għaliha attendew is-CEO tal-UHM, Josef Vella, id-Deputat CEO Isabelle Farrugia, is-Senior Manager tat-Taqsima tas-Servizz Pubbliku tal-UHM Jonathan De Gabriele, il-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Byron Camilleri, is-Segretarju Permanenti Joyce Cassar, is-Segretarju Permanenti Matthew Vella, il-Head tal-Industrial Relations Unit Thomas Woods, u d-Deputy Head tal-Industrial Relations Unit Mario Grixti u l-Management tal-MCAST.

Il-benefiċċji miftiehma jinkludu:
- Titjib fl-opportunitajiet ta’ avvanz fil-karriera.
- Introduzzjoni ta’ gradi ġodda.
- Introduzzjoni ta’ għadd ta’ allowances ġodda.
- Introduzzjoni ta’ Performance Bonus
- Titjib sostanzjali fil-paga netta (take-home pay) tal-ħaddiema.
F’isem l-UHM Voice of the Workers, il-ftehim ġie ffirmat mid-Deputat CEO Isabelle Farrugia, mis-Senior Employment Relations Manager tat-Taqsima tas-Servizz Pubbliku Jonathan De Gabriele, u mir-rappreżentanti tal-ħaddiema Nadia Schembri u Kristabelle Buhagiar.
L-UHM Voice of the Workers tirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom biex dan il-ftehim seta’ jintlaħaq, fl-aqwa interess tal-ħaddiema tal-MCAST.