fbpx

Deċiżjoni favur il-ħaddiem – UĦM

L-Imħallef Lawrence Mintoff il-bieraħ ta’ raġun lill-UĦM. Dan wara li permess ta’ digriet fuq ir-rikors GWU kontra l-UĦM u Malta Public Transport Services (Operations) Limited, l-Imħallef ta deċizjoni li tagħti d-dritt lill-ħaddiema tal-MPTSOL sabiex jiddeċiedu l-għażla tal-Union tagħhom permezz ta’ elezzjoni bejn Il-UĦM u l-GWU.Il-UĦM kienet tgawdi l-maġġoranza tax-xufiera membri magħha u kienet ilha xhur twal tistenna li dawn il-ħaddiema jkollhom dritt tal-għażla tal-Union li jridu. Madankollu kien hemm diversi reżistenzi sabiex dan ma jsirx. Fix-xhur li għaddew aktar kategorji ta’ ħaddiema ssieħbu ġewwa l-UĦM biex b’hekk il-UĦM illum hi f’pożizzjoni li tgawdi mill-maġġoranza tal-ħaddiema kollha tal-MPTSOL u l-UĦM talbet rikonoxximent ewlieni tal-ħaddiema kollha tal-MPTSOL.

Minkejja dan, il-MPTSOL ċaħdet it-talba li jsir proċess tal-verifika u għaldaqstant l-uffiċċju legali tal-UĦM ħa diversi miżuri legali, fosthom, mandat ta’ inibizzjoni u rikors sabiex dan id-dritt fundamentali ma jiġix miċħud lill-ħaddiema.

Kollox ma’ kollox, minkejja l-ostakli u tfixkil li din il-Union kellha mill-GWU, l-Imħallef Lawrence Mintoff il-bieraħ ta deċizjoni favur il-ħaddiem u b’konformita’ mat-talba tal-UĦM.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment