Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers, ħa sehem fil-programm Mhux Għax Jimpurtanti li xxandar fuq Net TV il-Ħamis 1 ta’ Diċembru u li matulu hu tkellem dwar l-iskema li biha qed tiġi kritikata l-General Workers’ Union (GWU) – skema li m’għandha x’taqsam xejn mal-Garanzija taż-Żgħażagħ u mal-proġetti tal-Work Programme. Fil-programm ta’ diskussjoni, immexxi minn Norman Vella, Josef Vella ukoll tħaddet dwar id-dubji serji fil-kuntratti tal-privatizzazzjoni tat-tliet sptarijiet. Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM saħaq li hi kwistjoni serja li l-UĦM u l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) kellha titlob lill-Parlament, l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż, sabiex jinvestiga x’hemm mistur fil-kuntratti. Iż-żewġ unions kellhom ixejru l-bandiera tal-allarm sabiex isir l-istħarriġ meħtieġ biex il-poplu Malti u Għawdxi jkun infurmat u mhux jibqa’ jitħalla fl-għama u kollox jibqa’ għaddej qisu xejn m’hu xejn.