Il-UĦM Voice of the Workers bdiet il-proġett ta’ tibdil strutturali kif ukoll xogħol ta’ tisbiħ tal-Head Office tal-UĦM. Din il-union rat kif timxi maż-żminijiet u tadatta għar-realtajiet u l-bżonnijiet tal-lum fejn se tkun qed tibdel il-kmamar, is-sulari, kif ukoll issebbaħ il-bini nnifsu.
Intant bħala parti minn dan il-proġett, il-UĦM applikat mal-Awtorita’ tal-Ippjanar għall-ewwel fażi sabiex il-post isir aktar aċċessibbli. Dan ifisser li fix-xhur li ġejjin, se jkun qed isir tibdil strutturali fis-sular terran sabiex dan jiġi livell mal-bankina. Sadattant, tard il-ġimgħa li għaddiet twaħħal il-permess għal dan it-tibdil mal-faċċata tal-union.
Segwu aktar hawn taħt bil-filmat tal-viżjoni tal-Perit Toni Bezzina, il-Perit tal-Union: