fbpx

Ikkundannat każ vjolenti li seħħ fuq xufier tal-MPT

Il-UĦM Voice of the Workers tikkundanna l-aggressjoni bi vjolenza li saret fuq xufier tal-Malta Public Transport (MPT) fit-terminus tal-Belt fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Din il-union tesprimi solidarjeta’ ma’ dan il-ħaddiem għax, minn tagħrif li għandha, kien qed jaqdi dmiru kif suppost u spiċċa mhux biss biex ġie insulentat iżda wkoll ġarrab ġrieħi permezz ta’ oġġett li jaqta’ u bil-ponta.

Jidher ukoll li x-xufier,  waqt li  kien fuq il-lant tax-xogħol, mhux l-ewwel darba li ltaqa’ mal-persuna li aggredietu. Dan għax tal-aħħar kienet  ipprovat tidħaq bih meta ġiet biex tħallas in-noll. Jidher ukoll li l-aggressiv hu reċidiv.

It-Taqsima Port u Trasport fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers spiss tisma’ b’każijiet u tiltaqa’ ma’ ħaddiema fil-MPT li ħabbtu wiċċhom ma’ individwi li jipprovaw iqarrqu bihom. Iżda dan il-każ partikulari hu kundannabbli u inaċċettabbli tant li għandha ssir ġustizzja mill-aktar fis.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment