fbpx

Azzjonijiet industrijali fil-Gozo Channel

It-Taqsima Port u Trasport fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers mil-lum ordnat sensiela ta’ azzjonijiet industrijali lill-Uffiċjali tal-Gozo Channel. Dan wara li kien hemm nuqqas ta’ qbil fuq il-ftehim kollettiv.

Uħud mill-azzjonijiet li qed ikunu ordnati jinkludu: vjaġġi skedati li jsiru skont l-iskeda u ma jsir l-ebda vjaġġ żejjed kif ukoll li jsir vjaġġ wieħed bil-provvista tal-fjuwil.

In-negozjati fuq dan il-ftehim kollettiv kienu ilhom għaddejjin madwar sena u, sal-lum, ma ntlaħaqx ftehim fuq il-pakkett finanzjarju.

L-Uffiċjali tal-Gozo Channel huma responsabbli ta’ aktar minn 900 passiġġier f’kull traġitt u tali responsabbilta’ mhux qed tiġi kunsidrata waqt id-diskussjonijiet.

Kenneth Abela, Employment Relations Manager, stqarr li “l-UĦM Voice of the Workers hi dejjem disponibbli sabiex jintlaħaq qbil, imma jekk il-Gozo Channel ma tirrevedix il-pożizzjoni tagħha, din il-union ma teskludix li żżid l-azzjonijiet industrijali tagħha.”

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment