fbpx

Jissoktaw id-direttivi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Għadhom għaddejjin id-direttivi li ġew ordnati mill-UĦM Voice of the Workers lill-membri tagħha fil-pożizzjoni ta’ care support workers tal-kuntrattur u li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.  Dawn id-direttivi daħlu fis-seħħ wara diversi sforzi mill-UĦM Voice  of the Workers biex l-impjegati jkunu jistgħu jieħdu l-vacation leave annwali li hu bi dritt parti mill-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

Għalkemm din il-union ipprovat issolvi dawn il-problemi mal-kuntrattur preżenti u ma’ Steward Health Care, xorta qed tirrenja s-sitwazzjoni fejn ix-xogħol ta’ dawn il-care support workers qiegħed kontinwament jiżdied. Madankollu, in-numru  tal-ħaddiema baqa’ l-istess.  In-numru preżenti ta’ relievers mhux qed ikun biżżejjed biex ikopri sitwazzjonijiet ta’ vacation leave u sick leave.

Il-UĦM Voice of the Workers issuġġeriet soluzzjoni temporanja bl-użu tas-sahra biex tittaffa din il-problema. Imma l-kumpanija Stewart Health Care ma qablitx li dawn is-sigħat żejda jingħataw lill-ħaddiema tal-kuntrattur.

Konsegwentament, tilwima industrijali ġiet irreġistrata quddiem id-Direttur tax-Xogħol u s’issa ma kienx hemm riżultati pożittivi.  Għaldaqstant il-UĦM se tkun qed teskala d-direttivi għall-membri tagħha fil-ġranet li ġejjin.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment