fbpx

Il-UĦM tissospendi d-direttivi wara impenn mill-Gvern

Illum wara nofs inhar, il-UĦM kellha laqgħa mal-Prim Ministru dwar il-kwistjoni tal-għarfien ewlieni tal-Allied Health Professionals (AHP).

F’din il-laqgħa, kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-UĦM, saru diversi argumenti dwar din il-kwistjoni b’uħud minnhom ta’ natura legali. Il-UĦM saħqet li r-rapport maħruġ mid-DIER ikkonferma li hi għandha 58 fil-mija tal-ħaddiema bħala Allied Health Professionals.

Il-UĦM għamlitha ċara li hi m’għandha ebda kwistjoni ma’ union oħra. In-naħa tal-Gvern ippruvat tara, b’diversi tentattivi, kif tista’ issib żblokk għal din is-sitwazzjoni u, wara laqgħa ta’ madwar siegħa, il-Prim Ministru kkomunika mal-UĦM li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar se tingħata deċiżjoni finali dwar din il-kwistjoni.

F’dan ir-rigward il-UĦM apprezzat l-impenn min-naħa tal-Prim Ministru u għaldaqstant, b’sens ta’ responsabbiltà lejn il-pazjent kif ukoll b’sens ta’ rieda tajba, qed tissospendi id-direttivi kollha b’mod immedjat.

Il-delegazzjoni min-naħa tal-Gvern kienu l-Prim Ministru Joseph Muscat, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-Segretarju Permanenti Ewlieni Marjo Cutajar.

Id-Delegazzjoni tal-UĦM Voice of the Workers kienet magħmula minn Josef Vella, Kap Eżekuttiv; Gian Paul Gauci, Assistent Direttur u Mario Sacco, Employment Relations Senior Manager.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment