fbpx

Ftehim settorali li jpoġġi fuq quddiem l-Allied Health Professionals

Huwa ta’ sodisfazzjon għall-UĦM Voice of the Workers li wara diversi bsaten fir-roti l-ftehim settorali tal-Allied Health ġie approvat mill-Allied Health Professionals b’maġġoranża ta’ 99%.

Il-preżentazzjoni tal-ftehim settorali tal-Allied Health Professionals saret fl-14 t’Ottubru 2020 li jiġi l-jum dinji ddedikat għall-Allied Health Professionals. Fl-istess ġurnata l-UĦM Voice of the Workers sellmet lil dawn il-professjonisti u rringrazzjathom kemm għax huma pilastru importanti fil-qasam tas-saħħa kif ukoll għad-dedikazzjoni tagħhom li dejjem komplew juru fix-xogħol tagħhom għall-ġid tal-pazjenti, speċjalment waqt l-imxija tal-COVID-19.

Il-ftehim settorali tal-Allied Health Professionals jinkludi diversi benefiċċji ġodda, fosthom strutturi biex professjonisti f’dan il-qasam ikollhom opportunitajiet biex javvanzaw fil-karriera tagħhom. Dan barra titjib fil-pagi tagħhom.

Il-ftehim settorali ġie ffirmat dalgħodu minn Josef Vella, Kap Eźekuttiv,  Gian Paul Gauci u Mario Sacco, Assistenti Diretturi fit-Taqsima tas-Saħħa u tal-Collective Bargaing Unit rispettivament f’ħdan il-UĦM.

Il-UĦM Voice of the Workers  tesprimi s-sodisfazzjon tagħha għar-riżultat fl-approvazzjoni ta’ dan il-ftehim settorali u tirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-appoġġ kontinwu tagħhom.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment