fbpx

Allied Health Professionals jirrapportaw għax-xogħol fil-Contact Tracing Centres

Madwar 120 Allied Health Professionals, li sa mill-bidu tal-pandemija kienu fuq ta’ quddiem biex jagħtu s-servizz tagħhom fil-ġlieda kontra l-COVID-19, mill-lum, dawn il-frontliners, ser ikunu qed jirrapportaw għax-xogħol ukoll fil-Contact Tracing Centres.

Il-UĦM Voice of the Workers nhar is-Sibt 17 t’Ottubru 2020 appellat lill-Allied Health Professionals sabiex joffru l-għajnuna tagħhom fil-Contact Tracing Centres. Għal dan il-għan, nehdiet formola sabiex dawk il-professjonisti li huma interessati jkunu jistgħu japplikaw.

B’sodisfazzjon il-Union tinnota illi fi ftit sigħat, madwar 120 professjonista wera interess sabiex jassisti f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Intant, din il-Union hija infurmata li mill-lum dawn il-professjonisti ser ikunu qed jibdew jassistu kemm fil-Contact Tracing kif ukoll fil-Case Management tal-COVID-19.

Apparti hekk, din il-Union infurmat lill-Gvern, li hemm 40 professjonist ieħor li lest li jagħmel dan ix-xogħol. Iżda, minħabba li dawn huma impjegati ma’ Steward Healthcare u l-Gvern baqa’ ma assorbihomx, dawn il-professjonisti ma jistgħux jagħtu s-servizz tagħhom. Dan hu eżempju ċar ta’ kemm l-ebusija ta’ ras il-Gvern qed tiġi tiswa lill-poplu mhux biss mil-lat finanzjarju imma wkoll mis-servizz ta’ dawn il-frontliners

Fid-dawl ta’ dan il-ġest volontarju min-naħa tal-Allied Health Professionals, il-UĦM tkompli tinsisti li dawn ma ħaqqhomx biss ċapċip u kliem ta’ tifħir imma bonus xieraq li verament juri apprezzament lill-Frontliners kollha.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment