UĦM Voice of the Workers issellem lil George Bruno, membru attiv u shop steward tagħha fil-Maltapost, li miet illum fl-età ta’ 54 sena.
Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella esprima s-sogħba tiegħu għal din l-aħbar.
“Tlifna mhux biss membru u delegat, imma ħabib u ġentlom li kellu għal qalbu l-interessi tal-ħaddiema.”
L-involviment tas-Sur Bruno fil-union imur lura iktar minn għoxrin sena, li matulhom kien strumentali biex jitħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema tal-posta. Minbarra s-sehem li ta biex saru diversi ftehim kollettivi matul is-snin, kien kruċjali wkoll fil-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema meta saret il-privatizzazzjoni tal-posta.
L-UHM tibgħat il-kondoljanzi tagħha lill-familjari tiegħu.