Nhar it-3 ta’ Diċembru 2021, se jsir il-Kungress Nazzjonali tal-UHM Voice of the Workers bl-isem ta’ Leħen il-Ħidma…Leħen Rebbieħ. F’dan il-kungress ser jattendu d-delegati tal-Union. Skont artiklu A.2.1. tal-istatut kull membru attiv jista’ jissottometti dawn li ġejjin:
- nomini għall-ogħla uffiċjali tal-Union apparti dik tad-Deputat Kap Eżekuttiv;
- emendi għall-istatut u
- mozzjonijiet
Dawn imbagħad ser jiġu deċiżi fl-istess Kungress. Għaldaqstant, min jixtieq jagħmel dan għandu jissottomettihom sas-26 ta’ Novembru 2021 fil-5pm fl-Istitut Kattoliku l-Furjana, fl-uffiċini temporanji tagħna.