Illum it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa tal-Union Ħaddiema Maqgħudin (UĦM) ingħatat konferma uffiċċjali mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xoghol li tgawdi mill-maġġoranza tal-ħaddiema tal-Gvern fil-grad ta’ Paramedic Aide msieħba fi ħdan il-UĦM. Fix-xhur li għaddew it-Taqsima Servizzi tas-Sahha tal-UĦM kisbet ukoll rikonxximent ewlieni fid-Dental Surgery Assistants u Pharmacy Technicians.
Gian Paul Gauci, is-Segretarju tat-Taqsima stqarr “Dan ir-riżultat hu wieħed ta’ sodisfazzjon u fil-jiem li ġejjien it-Taqsima Servizzi tas-Saħħa ser tkompli l-ħidma tagħha bil-għan li l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema jiġu mtejjba.”
Intant it- Taqsima Servizzi tas-Saħħa trid tirringrazzja lill-kumitat li jirrapreżenta lil dawn il-ħaddiema tal-ħidma tagħhom favur il-Paramadic Aides filwaqt li turi is-sodisfazzjoni li l-ħaddiema għazlu li jagħtu fiduċja lill-UĦM bil-għan li tissalvagwardjalhom u ttejbilhom il-kundizzjonijet tax-xogħol tagħhom.