It-Taqsima Edukazzjoni u Kura tal-Union Ħaddiema Maqgħudin (UĦM) u l-Caritas iffirmaw il-Ftehim Kollettiv tal-ħaddiema li jaħdmu l-Caritas.
Permess ta’ dan il-ftehim qegħdin jitjiebu kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema kif ukoll jinkludu titjieb fis-salarji b’ħolqien ta’ allowances ġodda.
B’sodisfazzjon il- UĦM turi l-apprezament tagħha għal livel ta’ diskussjonijiet produttivi u r-rieda ġenwiena mill-partijiet kollha sabiex wasslu għal Ftehim Kollettiv li jippremja x-xogħol siewi tal-ħaddiema li jahdmu f’dan l-qasam sensittiv u l-isforzi tal-Management biex kontinwament itejjbu s -servizz li toffri l-Caritas.
Dan il-ftehim ġie spjegat u approvat mill-maġġoranza tal-Ħaddiema f’laqgħa li nżammet ftit ġranet qabel.
F’isem il-UĦM, il-Ftehim Kollettiv kien iffirmat minn Jesmond Bonello, President, Isabelle Farrugia, Segretarju tat-Taqsima Edukazzjoni u Kura u Reuben Degabriele, Shop Steward, filwaqt li għan-naħa tal-Caritas iffirma Albert Buttigieg, Amministratur u Rizorzi Umani fil-preżenza ta’ Leonid Mckay, Direttur ġdid tal-Caritas.
Dan il-Ftehim Kollettiv jkopri lill-ħaddiema sal-31 ta’ Diċembru 2016.