fbpx

Il-UĦM tingħata raġun mill-Ministeru tal-Edukazzjoni

Id-Direttur Ġenerali tal-Ministeru tal-Edukazzjoni Francis Fabri ikkonferma li l-UĦM kellha raġun li l-ħaddiema klerikali kienu qed jiġu mqabbda jagħmlu xogħol li mhux parti mid-dmirijiet tagħhom.

Dan sar wara li l-UĦM għamlet numru ta’ rappreżentazzjoniet f’isem il-ħaddiema klerikali tal-iskejjel tal-istat u saħansitra ordnat numru ta’ azzjonijiet industrijali.

Sadattant f’komunikat li sar illum ġie kkonfermat li dawn m’humiex id-dmirijiet tal-ħaddiema klerikali: ftuħ ta’ kanċelli/bibien, iċċekkjar fiżiku tal-inventarju, id-depożitu ta’ flus kontanti fil-banek, iż-żamma tal-minuti waqt case conferences, ħsieb u żvilupp ta’ classifications/timetables, u l-verifika diretta tal-preżenza tal-istaff fl-iskejjel.

Iktar minn hekk ġie konfermat li l-Ministeru tal-Edukazzjoni se jieħu miżuri biex dawn id-dmirijiet isiru minn min suppost obbligat jagħmilhom. Sadattant il-UĦM appellat lill-ħaddiema biex fejn ikun hemm ċirkustanzi li l-istess ħaddiema klerikali jerġgħu jiġu sfurzati sabiex jagħmlu xogħol mhux tagħhom, dawn il-ħaddiema għandhom mill-ewwel jinfurmaw lill-union.

Il-UĦM saħqet li se tkompli tosserva li d-drittijiet tal-ħaddiema klerikali ma jkunux mxekkla filwaqt li rringrazjat lill-ħaddiema tal-koperazzjoni u l-appoġġ tagħhom.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment