Il-UĦM tixtieq tiċċara xi rapport li ħarġu f’xi media lokali dwar xi direttivi li l-UĦM ordnat fis-settur tas-Saħħa:
• Il-Gvern suppost kien fl-obbligu li jinforma lit-tobba dwar xi direttivi li setgħu ġew ordnati
• L-azzjonijiet fil-fatt bdew il-Ħamis 5 ta’ Frar wara li l-UĦM għamlet sentejn sħaħ tipprova tinnegozja ftehim xieraq u wara li r-rappreżentanti tal-UĦM tħallew jistennew għal aktar minn siegħa fil-Ministeru biex jidħlu għal laqgħa
• Il-Gvern kellu wkoll għażla li jagħti t-testijiet lil ħaddieħor biex jipproċċesshom
• Il-Medical Laboratory Scientists xorta għadhom jagħmlu t-testijiet b’mod normali.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-UĦM tisħaq li l-akkużi miġjuba kontriha huma infondanti u bla bażi.