fbpx

Il-UĦM għandha dritt legali li tordna azzjoni industrijali lill-membri tagħha

Il-UĦM tagħmel referenza għal stqarrija tal-Malta Public Transport li ħarġet ilbieraħ fid-dawl tat-tilwima industrijali li għandha pendenti.

Il-UĦM, bħala union, għandha kull dritt legali li tordna azzjoni industrijali lill-membri tagħha.

Għaldaqstant filwaqt li titlob skuża lill-pubbliku għal kull inkonvenjent, din il-union tikkonferma li l-azzjonijiet ordnati illum, huma leġittimi u se jibqgħu fis-seħħ.

Intant il-UĦM tinnota li l-General Workers’ Union, fi stqarrija tat impressjoni li għamlet xi ftehim straodinarju għax-xuffiera tal-Malta Public Transport. Din il-union tistqarr li dan mhu xejn ħlief korrezzjoni tal-pagi li ilu dovut lill-ħaddiema xhur twal u dan kellu jitħallas b’lura – xi ħaga li sal-lum għadu ma sarx bi detriment għall-ħaddiema tal-MPT.

Sadattant jidher li l-kumpanija qed tibgħat messaġġi, permezz tal-GPS fuq il-vetturi tagħhom, dwar l-allegat ftehim li sar bejn il-GWU u l-MPT.  Dan waqt li qegħdin xogħol b’riżultat li qed ikunu intimidati meta jafu li se tkun qed issir azzjoni industrijali mill-UĦM.

Il-MPT ukoll qed tibgħat ċirkolari lill-ħaddiema u qed theddidhom li jekk jimxu mad-direttiva tal-UĦM sabiex jattendu għal-laqgħa tal-lejla, dawn se jitressqu quddiem il-bord tad-dixxiplina tal-istess kumpanija.

Il-UĦM tikkundanna dan l-aġir u jekk dan jibqa’ jippersisti, il-union tista’ tieħu l-passi neċessarji skont il-liġi u ma teskludix li żżid l-azzjonijiet industrijali.

Filwaqt li l-UĦM ittenni l-pożizzjoni tagħha sabiex tkompli taħdem favur il-ħaddiema tal-MPT, qed tistieden lill-ħaddiema kollha tal-istess MPT, biex jattendu l-laqgħa li se ssir illejla mis-6 p.m. ‘il quddiem.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment