fbpx

Il-UĦM tiffirma ftehim kollettiv mal-Playmobil

Il-UĦM għadha kif iffirmat ftehim kollettiv mal-istaff amministrattiv tal-Playmobil. Bl-għajnuna ta’ dan il-ftehim kollettiv ġdid, il-ħaddiema se jgawdu minn żieda fil-pagi flimkien ma’ kundizzjonijiet aħjar u miżuri ġodda favur il-familja (family friendly measures).

Matul l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, Gotthard Tabone, is-Segratarju tat-Taqsima Manifattura u Kummerċ, esprima s-sodisfazzjoni tiegħu mas-Sur Matthias Fauser, il-Kap Eżekuttiv, għall-fatt li l-kumpanija fehmet sewwa l-valur li ħaddiema tagħha jagħtu lill-istess kumpanija.

Il-UĦM irringrazzjat ukoll lil Michael Cutugno, Kap Amministrattiv, lil Dolly Darmanin Manager tar-Riżorsi Umani, kif ukoll Edward Bonnici, Shop Steward, tal-koperazzjoni u l-kontribut tagħhom li wassal għal dan il-ftehim.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment