fbpx

Il-UĦM tikkundanna każ ta’ aggressjoni fuq membru tagħha

Xufier tal-MPT u membru fil-GWU aggredixxa xufier ieħor, li hu membru fil-kumitat tal-UĦM, b’ta’ l-aħħar iġarrab ġrieħi. L-inċident seħħ fil-venda tal-Belt illum wara nofsinhar.

Jidher li l-argument qam għax wieħed mix-xufiera għajjar lill-ieħor talli ma segwiex l-azzjoni industrijali ordnata mill-GWU dalgħodu.

L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qed jitmexxew minn pulizija mill-Għassa tal-Belt.

Jidher li l-każ intemm billi l-membru tal-GWU ammetta l-aġir tiegħu u skuża ruħu mal-membru tal-UĦM.
Il-UĦM tikkundanna dan l-aġir mill-uffiċjal tal-GWU li pprova jneffaħ l-istorja. Din il-union talbet lill-ħaddiema biex iżommu l-kalma għax aġir bħal dan ma jagħmilx ġieħ lit-trejdunjoniżmu. Il-UĦM tisħaq li s-sitwazzjoni fl-MPT tista’ tiġi għan-normal dment li dawn il-ħaddiema, bħall-ħaddiema tal-Freeport, jesprimu ruħhom dwar l-għażla ħielsa tal-union tagħhom.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment