fbpx

Direttiva lill-ġenituri li m’għandhomx ma’ min iħallu t-tfal

Il-UĦM Voice of the Workers tapprezza l-miżuri li ħareġ il-Ministeru tal-Edukazzjoni kontra l-imxija tal-Covid-19 u l-varjanti li ġabet magħha. Madankollu, il-UĦM tinsab diżappuntata li l-Ministeru tal-Edukazzjoni ħareġ tali miżuri mingħajr ma  ikkonsulta mal-Unions kollha nvoluti, tant li b’tali miżuri ħoloq inkonvenjent lil numru ta’ ħaddiema.  

Għaldaqstant, il-UĦM Voice of the Workers se tkun qed tagħti direttiva biex ħaddiema jaħdmu mid-dar,  jew  jekk in-natura tax-xogħol tagħhom ma tippermettix, jingħataw dmirijiet alternattivi biex jkunu jistgħu jaħdmu mid-dar. Dan l-arranġament għandu japplika jekk għandhom:

  • tfal reġistrati f’Child Care Centres; 
  • tfal reġistrati fi Klabb 3 to 16 u li huma ta’ 12-il sena jew anqas; 
  • tfal ta’ 12-il sena jew anqas li se jsegwu tagħlim online nhar il-Ħamis 6 u l-Ġimgħa 7 ta’ Jannar; 
  • tfal b’diżabilità li huma dipendenti fuq l-ġenituri; 

Din id-direttiva tibqa’ fis-seħħ sakemm ċentri/skejjel jibqgħu magħluqin. Din id-direttiva ma tapplikax f’każ li wieħed mill-ġenituri jkun disponibbli li jieħu ħsieb it-tfal.

Il-UĦM Voice of the Workers tfakkar li pajjiżna għandu sptar wieħed u għaldaqstant il-miżuri  li jittieħdu għandhom ikunu b’tali mod li ma jkunx hemm piż żejjed fuq l-isptar u l-professjonisti tas-saħħa. Din l-Union tifhem li bħalissa hemm pressjoni qawwija fuq   l-Uffiċċju tas-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika minħabba d-dewmien fuq l-ittri tal-kwarantina, li qed iħallu riperkussjonijiet fuq il-ħaddiema u l-postijiet tax-xogħol.  F’dan il-kuntest, din il-Union qed tagħmel appell biex l-Unions kollha jkunu involuti biex titfassal strateġija għall-ġid ta’ Malta u Għawdex. 

Din il-Union se tkompli s-segwi s-sitwazzjoni u tieħu l-miżuri li jkun hemm bżonn.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment