fbpx

Dritt ta’ Risposta fir-rigward tal-Artiklu maħruġ min-Net News bl-isem: “Ħaddiema tal-Qortiurtati għax għaddew tliet snin u l-ftehim kollettiv baqa’ mhux iffirmat”

F’artiklu li deher illum fuq Net News, ġie kkwotat illi “Simpson qal li l-union li huwa jirrappreżenta hija
reġistrata mad-DIER (Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tax-Xogħol) u li l-amministrazzjoni kienet qed titkellem magħha u mal-UĦM li tirrapreżenta l-maġġoranza tal-membri.” Din l-informazzjoni tagħti x’tifhem li Union Law Courts Employees qegħda b’xi mod bi sħab mal-UĦM tinnegozja f’isem il-ħaddiema u qed tkun fuq il-mejda tan-negozjati.


Fil-verità hija l-UĦM biss li f’dan ir-rigward għandha l-għarfien u għaldaqstant hi biss tkun fuq
il-medja tan-negozjati u tkun taf meta ser isiru il-laqgħat. Intant, il-UĦM tista’ tikkonferma li
bħalissa hemm numru ta’ laqgħat prenotati sabiex jingħalaq dan il-ftehim.


Il-UĦM Voice of the Workers, waqt il-kampanja elettorali kienet sostniet li n-negozjati
kellhom jitkomplew u dan għaliex il-waqfa waqt l-elezzjoni kienet waħda mingħajr preċedenti,
pero’ jidher li wara l-elezzjoni n-negozjati infatti ser jitkomplew sabiex jinstab ftehim li huwa
wieħed li veru jirrifletti ix-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema.


Il-UĦM tinstab urtata li Net News għal darb’oħra ddeċieda li jippublika artiklu fejn tissemma
hi, mingħajr ma jivverifika l-fatti. Ġurnaliżmu professjonali jitlob li qabel jiġi ippublikat artiklu,
jiġu vverifikati l-fatti.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment