fbpx

Front wieħed tal-unions favur il-ħaddiema

Il-Forum Unions Maltin, il-General Workers Union, il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin, flimkien mal-UHM Voice of the Workers qed jitolbu laqgħa mal-Gvern biex ikun diskuss mekkaniżmu ġdid taż-żieda tal-għoli tal-ħajja (COLA) f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

Din l-inizjattiva qed tittieħed fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti u bla preċedent li wasslet biex il-COLA fil-Budget li ġej se tkun qed titla’ għal livell rekord ta’ madwar €10.

Dawn il-unions li flimkien jirrappreżentaw eluf ta’ ħaddiema se jkunu qed jingħaqdu flimkien bħala front wieħed biex jippreżentaw proposta li permezz tagħha il-mekkaniżmu tal-COLA ikun jista jirrispondi għal ċirkostanzi bħal dawn filwaqt li jkun assigurat li ssir ġustizzja fl-interess tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem.

Din il-proposta se sservi wkoll biex ikunu indirizzati ċerti anomaliji li jekk mhux se jsir xejn dwarhom fl-immedjat, se jkunu qed iwasslu għal problemi kbar ftit tas-snin oħra. Għalhekk b’sens ta’ responsabbiltà lejn il-membri iżda wkoll biex titħares is-sostenibbiltà tal-impjiegi, se tkun qed titressaq proposta għall-attenzjoni tal-Ministru tal-Finanzi, issa li d-diskussjoni dwar il-Budget qed tilħaq il-qofol tagħha.

Inħarsu ’l quddiem biex malajr kemm jista’ jkun niltaqgħu madwar mejda u nindirizzaw din l-isfida flimkien.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment