fbpx

Ftehim kollettiv għall-ħaddiema klerikali u tekniċi tal-ERA

IT-Taqsima Entitajiet Pubblici tal-UĦM Voice of the workers u l-management tal-Environment Resources Authority (ERA) iffirmaw ftehim kollettiv għall-ħaddiema klerikali u tekniċi tal-ERA nhar il-Erbgħa 9 ta’ Jannar 2020.

Dan il-Ftehim Kollettiv qiegħed itejjeb numru ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema, fosthom, kundizzjonijiet bħal family friendly measures u flessibbiltà. Il-ħaddiema qed jibbenefikaw minn struttura ġdida tal-gradi, progressions għal ċertu gradi u anke riforma fil-performance bonus għal kull ħaddiem. Qed jitjiebu wkoll is-salarji u l-allowances kif ukoll diversi kundizzjonijiet oħrajn.

Dan il-ftehim ġie spjegat u approvat mill-ħaddiema tal-ERA f’laqgħa li nżammet ftit ġranet qabel.

It-Taqsima Entitajiet Pubbliċi wriet sodisfazzjon għall-mod kif saru n-negozjati fejn kien hemm rieda tajba mill-partijiet konċernati u b’hekk kienu konkluzi għas-sodisfazzjon tal-partijiet kollha. Dan il-ftehim kollettiv hu effettiv mill-1 ta’ Jannar 2017 u jkopri lill-ħaddiema klerikali u Teknici tal-ERA għal seba’ (7) snin.

Għall-UĦM Voice of the Workers, il-ftehim kollettiv kien iffirmat minn Jesmond Bonello, Direttur; Antoinette Aquilina Employment Relations Manager kif ukoll minn Margaret Cassar u Noel Fenech, rappreżentanti tal-ħaddiema. Min-naħa tal-ERA  iffirmaw il-Professor Victor Axiak, Chairman, Dr. Louise Spiteri, Kap Ezekutiv u Daniel Cilia, Direttur Corporate Services.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment