fbpx

Iffirmat ftehim ġdid dwar proċessi ta’ għażla fis-Servizz Pubbliku

STQARRIJA KONĠUNTA MAĦRUĠA MILL-GVERN, IL-GWU U L-UĦM – Voice of the Workers

Iffirmat ftehim għall-gradi tas-Servizz Ġenerali bejn il-Gvern u l-General Workers’ Union u l-UĦM – Voice of the Workers, għan-naħa tal-Unions.

Dan il-ftehim jirrikonoxxi l-kwalifiċi akkademiċi ta’ dawk il-persuni li japplikaw għall-proċess t’għażla għall-mili ta’ vakanzi fil-gradi Ġenerali fis-Servizz Pubbliku mingħajr il-ħtieġa li wieħed jerġa’ jpoġġi għal eżami bil-miktub.

Il-ftehim jintoduċi diversi kunċetti innovattivi fil-proċess t’għażla għall-ħatriet fi gradi tas-Servizz Ġenerali. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Amministrazzjoni Pubblika li tirregola t-tqassim tar-riżorsi tagħha, applikant issa se jkollu l-opportunita` li jindika erba’ oqsma ta’ xogħol fejn jippreferi jaħdem, kemm-il darba jieħu l-ħatra.  Din l-għażla tkompli ssaħħaħ il-prinċipju tal-iżvilupp kontinwu tal-impjegat, fejn il-kwalifiċi, ħiliet u kompetenzi jiġu, kemm jista jkun, imqabbla man-natura tax-xogħol li wieħed ikun se jwettaq.

Il-ftehim jitkellem ukoll dwar l-introduzzjoni ta’ testijiet psikometriċi (psychometic tests), kemm verbali u numeriċi, li se jieħdu post l-eżamijiet bil-miktub u li permezz tagħhom l-applikant se jiġi assessjat fil-kompetenzi u abbiltajiet ġenerali kif ukoll dwar l-għarfien tal-esperjenza fis-servizz permezz ta’ marki apposta waqt l-intervista.

Id f’id mal-istrateġija fis-Servizz Pubbliku mmirata biex issaħħaħ il–kwalita` tal-immaniġjar u t-tmexxija fi ħdan il-Klassi tas-Servizz Ġenerali,  iċ-Ċentru għall-Iżvilupp, Riċerka u Taħriġ (CDRT) se jkun qed jorganizza programmi ta’ taħriġ li jindirizzaw il-kompetenzi u ħiliet meħtieġa biex wieħed javvanza fil-Klassi tas-Servizz Ġenerali.  Filwaqt li dan il-ftehim jimmarka qabża fil-kwalita` ta’ kif isir l-ingaġġ fil-gradi tas-Servizz Ġenerali u jikkumplimenta l-istrutturi edukattivi t’evalwazzjoni tal-kwalifiki, bla dubju se jġib titjib fit-trasparenza, kontabbilta` u iktar effiċjenza fit- tħaddim tal-proċessi.  Dan hu mistenni li jissarraf fil-mili ta’ vakanzi fi żmien iqsar u riżorsi ta’ kwalita` ogħla.

Il-ftehim ġie ffirmat mill-Uffiċċju għar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika l-PAHRO, l-Public Administration Collective Bargaining Unit il-PACBU għan-naħa tal-Gve

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment