fbpx

Iffirmat Ftehim Kollettiv Ġdid bejn il-UĦM Voice of the Workers u l-Mediterranean Conference Centre

It-Taqsima Entitajiet Pubbliċi tal-UĦM Voice of the Workers u l-maniġment tal-Mediterranean Conference Centre (MCC), illum 14 t’Awwissu 2019 iffirmaw il-Ftehim Kollettiv tal-Ħaddiema kollha f’dan iċ-Ċentru.

Dan il-Ftehim Kollettiv qiegħed itejjeb numru ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema fosthom kundizzjonijiet bħal ‘family friendly measures’. Qegħdin jitjiebu wkoll is-salarji u l-allowances u numru ta’ kundizzjonijiet oħra tal-ħaddiema tal-istess MCC, filwaqt li ġiet ukoll indirizzata anomalija li kien hemm fl-agreement preċedenti li kien iffirmat mill-union l-oħra.

Dan il-ftehim ġie spjegat u approvat mill-maġġoranza tal-Ħaddiema tal-MCC f’laqgħa li nżammet ftit ġranet qabel.

It-Taqsima Entitajiet Pubbliċi turi s-sodisfazzjon għall-mod kif saru n-negozjati fejn kien hemm rieda tajba mill-partijiet konċernati u b’hekk kienu konklużi għas-sodisfazzjon tal-partijiet kollha. Dan il-Ftehim Kollettiv hu effettiv mill-1 ta’ Jannar 2019 u jkopri lill-ħaddiema tal-MCC għal erba’ (4) snin.

Għall-UĦM, il-Ftehim Kollettiv kien iffirmat mid-Delegazzjoni tal-Union immexxija mill-Kap Eżekuttiv tal-Union Josef Vella fejn iffirmaw id-dokument Jesmond Bonello Direttur, Antoinette Aquilina Employment Relations Manager u rappreżentanti tal-ħaddiema Brian Reed u Ludwic Calleja filwaqt li min-naħa tal-MCC iffirmaw Dr. Kenneth Spiteri Chairman tal-MCC u s-sur Pierre Fenech CEO tal-MCC.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment