fbpx

Iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kurja u tat-Tribunal

L-Arċidjoċesi ta’ Malta u l-UĦM Voice of the Workers iffirmaw ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kurja tal-Arċisqof u tat-Tribunali Ekkleżjastiċi wara li dan ġie approvat mill-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan ippresedut mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna.

Il-ftehim, li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021 u jkopri perjodu ta’ tliet snin, ġie ffirmat mis-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Michael Pace Ross, u mill-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, Josef Vella.

Waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, is-Sur Pace Ross spjega li l-ftehim kellu jidħol fis-seħħ din is-sena iżda minħabba l-pandemija ġie pospost tren hexahydrobenzylcarbonate b’sena. Dan wara li l-Bank Ċentrali Ewropew genesis testosterone enanthate irrakkomanda lill-banek Ewropej, fosthom lill-APS Bank, sabiex din is-sena ma jqassmux dividends lill-azzjonisti. Fisser kif din id-deċiżjoni kellha impatt fuq id-dħul tal-Arċidjocesi.

Is-Sur Pace Ross irringrazzja lill-UĦM Voice of the Workers li fehmet is-sitwazzjoni, kif ukoll lill-ħaddiema kollha tas-sagrifiċċji li qed jagħmlu biex ix-xogħol tal-Kurja u t-Tribunali jibqa’ għaddej.  

Is-Sur Josef Vella qal li dan kien żmien diffiċli iżda jinsab sodisfatt li l-Arċidjoċesi ta’ Malta fehmet it-talbiet tal-unionu għalhekk iż-żidiet li kellhom jidħlu fis-seħħ xorta se jingħataw. Hu stqarr li permezz ta’ dan il-ftehim kollettiv il-ġdid, il-ħaddiema se jgawdu minn diversi benefiċċji fosthom it-tisħiħ ta’ miżuri favur il-familja (family friendly measures).

Isabelle Farrugia, Senior Manager fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers, fissret li minn dan il-ftehim ġdid il-ħaddiema se jkunu qed itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom mhux biss b’żidiet fil-paga, imma wkoll permezz ta’ opportunitajiet li jtejbu l-karriera tagħhom.

Il-ftehim kollettiv jipprovdi biex mis-sena d-dieħla, flimkien ma’ pagi aħjar, ikun hemm incrementsogħla, bonusgħal servizz twil, rikonoxximent aħjar għall-edukazzjoni, u l-iżvilupp u t-taħriġ tal-ħaddiema fost benefiċċji oħra.

Preżenti wkoll għall-iffirmar Dr Rebecca Gatt, Maniġer għar-Riżorsi Umani tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, u r-rappreżentanti tal-ħaddiema.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment