B’rabta mal-artiklu li ġie ppublikat fuq il-gazzetta ILLUM tal-Ħadd 8 ta’ Novembru 2015, il-UĦM tixtieq tiċċara li l-Memorandum of Understanding se jiġi ffirmat bejn il UĦM u l-Gvern biss u mhux mal-investituri barranin.
Intant f’dan il-ftehim il-UĦM se tissalvagwardja d-dritt li l-ħaddiema jibqgħu impjegati tal-Gvern f’każ li l-investitur jibqa’ dak li hu, jinbidel jew anki jekk il-proġett jerġa jiġi lura f’idejn il-Gvern.
Il-UĦM tinsab imħassba wkoll fuq dak li ntqal fl-istess artiklu rigward il-kredenzjali ta’ wieħed mill-investituri. Il-UĦM temmen li dan it-tħassib kollu jista’ biss jiġi evitat jekk il-Gvern jippubblika l-ftehim li jirrigwardja l-PPP fil-qasam tas-saħħa.