fbpx

Il-Gvern mhuwiex lest li jħallas lill-frontliners pakkett finanzjarju li jirrifletti responsabbiltà tagħhom

Il-UĦM Voice of the Workers, mil-lum, ordnat direttivi lil numru ta’ professjonisti fil-qasam tas-Saħħa li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar Monte Karmeli, ir-Residenza San Vinċenz de Paul, l-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa u dawk fil-kura tal-Anzjani, Primarja u fis-Saħħa Pubblika minħabba li l-ftehim kollettiv ta’ dawn il-professjonijiet ilu li skada minn Diċembru tal-2017. 

F’Jannar tal-2020, din il-Union irreġistrat tilwima industrijali, liema tilwima ġiet sospiża f’Marzu tal-istess sena minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19. B’dispjaċir, il-UĦM Voice of the Workers tinnota li l-Gvern mhuwiex lest li jħallas lil dawn il-frontliners b’pakkett finanzjarju li jirrifletti mhux biss ir-responsabbiltà li għandhom imma wkoll dak li jixraq lill-professjoni tagħhom. Il-Union qed tisħaq ukoll li l-professjonijiet fi ħdan l-Allied Health Professionals għandu jkollhom toroq differenti ta’ fejn din il-karriera tista’ twassalhom. Hekk biss dawn il-professjonijiet jistgħu jiġbdu aktar żgħażagħ lejn dawn il-karrieri.  

Bejn Ottubru u Novembru tas-sena l-oħra l-laqgħat kienu qed isiru fuq bażi regolari. Iżda minħabba s-sitwazzjoni tal-pajjiż, dawn il-laqgħat waqfu ħesrem u reġgħu bdew f’Lulju ta’ din is-sena.  Minkejja dan, il-Gvern għadu qed ikaxkar saqajh, għaliex minkejja li lbieraħ skada l-ultimatum ta’ ġimgħatejn li l-UĦM Voice of the Workers tat lill-gvern sabiex jagħti proposta konkreta, din baqgħet ma waslitx. 

Għalhekk, il-UĦM ma kellhiex triq oħra ħlief li tordna direttivi li jolqtu lil dawn l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa: Audiologists, Occupational Therapists, Dental Hygienists, Dental Technologists, Biomedical Scientists, Physiotherapists, Speech Language Pathologists, Radiographers, u Podiatrists. Dawn il-professjonisti jagħrfu l-importanza tas-servizzi relatati mal-pandemija u għaldaqstant l-ebda servizz relatat ma’ din l-imxija mhu ħa jintmess bħal testijiet u kura tal-pazjenti.  

Apparti s-sitwazzjoni tal-COVID-19, b’dawn id-direttivi, il-professjonisti, mhux ser jagħtu servizz normali ħlief f’sitwazzjoni ta’ emerġenza u f’każ ta’ periklu tal-mewt. 

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment