fbpx

Il-GWU m’għandhiex ikollha trattament privileġġjat

Wara dak li ntqal mis-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb quddiem id-daħla tal-Malta Freeport illum wara nofsinhar, joħroġ biċ-ċar li għall-GWU, ir-rikonoxximent jista’ jsir kemm wieħed ifaqqa’ subgħajh.

Il-UĦM ilha tisħaq biex il-proċess tal-verifika jsir mid-Dipartiment tal-Relazzjonijiet Industrijali u mhux minn terzi persuni. Din hi l-proċedura li dejjem intużat u l-UĦM sostniet li mhux aċċettabli li l-GWU tiddetta xi proċeduri ġodda.

Il-UĦM tiċħad dak li ntqal minn Tony Zarb li jekk ir-riżultat tal-verifika ikun kontriha ma taċċettahx. Tant hu hekk, li meta s-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella laqqa’ lill-ħaddiema tal-Malta Freeport nhar is-Sibt li għadda, hu qal b’mod ċar li l-UĦM tbaxxi rasħa għad-deċiżjoni tal-ħaddiema, sakemm il-proċess isir bil-proċedura normali u trasparenti.

Il-management tal-Malta Freeport ħa din il-kwistjoni quddiem it-Tribunal Industrijali u għaldaqstant il-UĦM tistenna r-rizultat ta’ dan it-tribunal.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment